Madwar 17,300 persuna attendew korsijiet tal-lifelong learning

Matul is-sena akkademika li għaddiet, in-numru ta’ adulti li attendew korsijiet ta’ ta’ tagħlim tul il-ħajja żdied bi 17%.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-tweġiba tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Bejn  Ottubru 2014 u Mejju 2015kien hemm 17,288 persuna li attendiet xi tip ta’ taħriġ jew kors mad-Dipartiment tal-Lifelong Learning; żieda ta’ 2,570 ruħ fuq is-sena ta’ qabel meta l-għadd kien ta’ 14,718-il persuna.
Id-Dipartiment joħroġ applikazzjonijiet darbtejn fis-sena: matul ix-xhur tas-sajf għall-korsijiet li jibdew f’Ottubru u f’Diċembru għal korsijiet li jibdew fi Frar.
Intant fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-istess interpellant huwa qal li 12-il kittieb se jibbenefikaw minn għajnuna biex jippubblikaw xogħolijiet tagħhom.