Maduro jerġa’ jirbaħ l-elezzjoni tal-Venezwela

Il-mexxej tax-xellug tal-Venezwela Nicolas Maduro rebaħ mandat ġdid ta’ sitt snin.
Skont ir-Reuters, ir-rivali prinċipali tiegħu allegaw li kien hemm irregolaritajiet kbar fi proċess li l-kritiċi ddeskrivew bħala “farsa” li qiegħdha hemm biex iżżomm dittatur.
Ir-rebħa għall-eksxufier tal-linja ta’ 55 sena, li ħa l-poter wara l-mewt ta’ Hugo Chavez fl-2013, tista’ twassal għal rawnd ġdid ta’ sanzjonijiet mill-punent kontra l-gvern soċjalista hekk kif qed ikompli jiffaċċja kriżi ekonomika.
L-amministrazzjoni tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump qed thedded azzjoni kontra s-settur taż-żejt tal-Venezwela.
Il-bord tal-elezzjoni tal-Venezwela li jitmexxa minn nies li jappoġġjaw lil Maduro qalu li rebaħ 5.8 miljun voti. Henri Falcon, eks gvernatur, daħal fit-tieni post b’1.8 miljun voti.
Ritratt: Reuters