Boris Johnson jaħseb f’miżuri ġodda

Read in English.

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson se jqatta’ tmiem il-ġimgħa jaħseb f’miżuri ristrettiv ġodda għall-Ingilterra.

Dan wara li ħabbar li qed jara t-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet mill-Covid-19 riesaq lejn ir-Renju Unit.

Hu mifhum li l-Gvern qed iħares lejn restrizzjonijiet fil-ftuħ tal-pubs u restoranti kif ukoll projbizzjoni għal taħliet fil-familji.

Iktar minn 13.5 miljun ruħ, jiġifieri wieħed minn kull ħamsa diġa qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet.

Madrid f’lockdown mit-Tnejn li ġej

Fi Spanja, partijiet mill-belt kapitali Spanjola Madrid se jingħalqu f’tentattiv li titrażżan l-imxija tal-Coronavirus.

Mit-Tnejn, madwar 850,000 persuna se jkunu suġġetti għal-lockdown wara li Spanja kienet milquta mill-akbar numru ta’ każijiet fl-Ewropa u Madrid kien l-iktar reġjun affettwat.

Miżuri ristrettivi f’Marsilja u Nice

Franza li rreġistrat it-tieni l-akbar ammont ta’ każijiet mindu faqgħet il-pandemija, reġgħet rat qabża fil-każijiet bi kważi 3,00 każ ġdid kuljum bil-Gvern jieħu diversi miżuri ristrettivi f’Marsilja u Nice.

Il-Ministru tal-Finanzi Franċiż Bruno Le Maire ħabbar li ġie nfettat bil-coronavirus.