Madonna tinfaqa’ tibki waqt kunċert wara li waqgħet fuq il-palk

Ritratt: Instagram/Madonna

Żmien xejn faċli għall-kantanta Madonna li fl-aħħar ġimgħat ħassret ħafna mill-kunċerti li qiegħda tagħmel bħala parti mit-tour imsemmi Madame X.

Iżda jumejn ilu Madonna donnu li ma felħitx timmovimenta kif inhi magħrufa li tagħmel waqt il-kunċerti tagħha u tilfet il-bilanċ minn fuq is-siġġu li kienet qiegħda fuqu waqt li kienet qed tinterpreta waħda mill-kanzunetta ferm popolari tagħha Vogue.

Hekk kif waqgħet minn fuq is-siġġu nfaqgħet tibki quddiem l-udjenza preżenti u kellu jkun żeffien minn tagħha li għenha tqum.

Mhux xi sigriet li l-kantanta ta’ 61 sena għandha problemi f’saħħitha tant li intlemħet f’bosta postijiet pubbliċi timxi bil-bastun. Hija wkoll tkellmet pubblikament dwar il-fatt li għandha problem f’irkoppitha u saħasitra llum il-ġurnata qiegħda tilbes żraben ċatti, kif ukoll li qiegħda tieħu bosta trattamenti.

Hija diġà kkanċellat 14-il kunċert u jonqosha 8 oħra sat-tmiem dan it-tour. Iżda l-mistoqsija hi jekk hux se tkun qed twassal għall-kunċerti li fadlilha.