Madame Tussauds tifred lil Harry u lil Meghan mill-Familja Rjali

Issa li d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex ħabbru li ma jridux aktar ikunu minn ta’ quddiem fil-Familja Rjali Ingliża, Madame Tussauds ta’ Londra irreaġixxiet għal din l-aħbar billi mexxew il-figuri tax-xama’ ta’ Harry u Meghan mis-sett Irjali li hemm fil-wirja tagħha.

Ix-xogħlijiet tax-xama’ kienu murija fl-ewwel lejl ta’ qabel it-tieġ tagħhom waqt festin speċjali u henparty li sar f’Mejju 2018.

Wara li qabel għall-wiri Madame Tussauds kienu joqogħdu flimkien mar-Reġina, il-Prinċep Philip, il-Prinċep ta’ Wales, id-Dukessa ta’ Cornwall u d-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge, Harry u Meghan issa se jkunu mifruda mill-familji tagħhom.

“Mil-lum Meghan u Harry mhux se jibqgħu jidhru fis-sett tal-Familja Rjali tagħna,” qal Steve Davies, il-maniġer ġenerali ta’ Madame Tussauds. “Bħala żewġ figuri fost l-aktar popolari u maħbuba tagħna, huma naturalment li se jibqgħu karatteristika importanti f’Madame Tussauds waqt li naraw x’inhu l-kapitlu li jmiss għal dawn.”

Madame Tussauds twaqqfet mill-Franċiża Marie Tussaud fl-1803.