Madagaskar: sabu id turist mitluf fl-istonku ta’ tiger shark

Turist Skoċċiż hu suspettat li miet wara li attakkah kelb il-baħar. Dan ħareġ wara li waħda mill-pali ta’ id ir-raġel instab fl-istonku tal-kelb il-baħar. Fuq l-istess id instab iċ-ċurkett tat-tieġ tiegħu.

Ir-raġel li kellu 44 sena kien qed jogħdos barra mill-gżira Franciża ta’ Reunion qrib Madagascar. Hu mifhum li kien fuq btala qasira għall-weekend flimkien ma’ martu.

L-id ġiet identifikata grazzi għaċ-ċurkett tat-tieġ, li nstabu fl-istonku tal-kelb il-baħar li b’kunbinazzjoni nqabad biex issir riċerka fuqu.

Skont rapporti barranin, il-kelb il-baħar inqabad fost numru ta’ klieb il-baħar oħra nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għadda fl-Oċean Indjan. Dawn inqabdu mis-Centre de Securite Requin. Il-kelb il-baħar li attakka lir-raġel instab 7km bogħod mill-bajja fejn ir-raġel deher l-aħħar. Il-kelb il-baħar kien eżaminat nhar l-Erbgħa filgħodu.