Macron jinstab pożittiv għall-coronavirus

Aġġornat 12:18 PM

Il-Prim Ministru Spanjol fi kwarantina preventiva

Read in English.

Il-President Franċiż Emmanuel Macron instab pożittiv għal-Coronavirus. Huwa instab pożittiv wara li ħass sintomi u hu mifhum li dawn is-sintomi kienu fi stadju bikri.

L-uffiċċju tal-President Franċiż ħabbar li Macron ser ikun qed jiżola ruħu.

Sadanittant, tħabbar li l-Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez ser jagħmel kwarantina preventiva fid-dawl tal-fatt li fl-aħħar jiem kien f’kuntatt mal-President Franċiż.

Il-President Franċiż, fl-aħħar jiem kien impenjat fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li sar bejn l-10 u l-11 ta’ Diċembru fi Brussel.

Summit kruċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-PM fi Brussell għal-laqgħa mal-mexxejja tal-UE

Tul din il-laqgħa, li għaliha attendew il-mexxejja tal-Istati Membri tal-unioni Ewropeja intlaħaq il-ftehim importanti dwar il-budget tal-Unjoni Ewropeja.

Fi żvilupp ieħor anke il-Prim Ministru Franċiż ħabbar li se jagħmel kwarantina preventiva.