Macron ibbumbardjat minn ħaddiema waqt żjara fuq il-post tax-xogħol

Għadd ta’ ħaddiema li jissapportjaw lil Marine Le Pen irreaġixxew b’mod goff u mhux daqstant pjaċevoli, hekk kif il-kandidat u favorit li jsir il-president li jmiss ta’ Franza, Emmanuel Macron, żar il-post tax-xogħol tagħhom.
Dan seħħ wara li l-kandidata tal-lemin estrem iltaqgħet ma’ dawn il-ħaddiema fil-fabbrika qabel ma Macron kellu jiltaqa’ mal-unjins li jirrappreżentawhom.
Din il-fabbrika tinsab f’Amiens, il-belt li fiha trabba’ Macron, iżda s-sensazzjoni hemmhekk hi li Macron qed iħossu diġà rebbieħ tal-elezzjonijiet, anki minħabba li jidher ferm aktar favorit minn Le Pen.
Fil-fatt, l-aħħar sondaġġi qed juru li Macron igawdi 61% tal-appoġġ tal-elettorat, filwqt li Le Pen għandha 39%.
Sadanittant, ilbiraħtlula il-politiċi kollha l-oħra li nqatgħu mill-ġirja elettorali wara r-riżultat ta’ nhar il-Ħadd, qalu li se jappoġġjaw lil Macron.