MAAA torganizza l-kampjonati nazzjonali taż-żgħażagħ fi tmiem il-ġimgħa

Ritorn tal-atleti ewlenin fl-aħħar Challenge tal-istaġun

Ritratt: Wally Galea

Read in English.

Tmiem il-ġimgħa se jkun ċelebrazzjoni ta’ atletika għal kull età fil-Matthew Micallef St John Athletics Stadium fil-Marsa hekk kif l-istaġun ikompli riesaq lejn tmiemu. Għall-atleti żgħażagħ, il-Kampjonati Nazzjonali se jkunu l-qofol tal-istaġun filwaqt li għall-kbar, permezz tat-tieni Challenge tal-istaġun, se tkun l-aħħar opportunità biex jiffinalizzaw il-preparamenti tagħhom għall-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru fit-22 u t-23 ta’ Awwissu.

Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru 45 avveniment, 22 is-Sibt 31 ta’ Lulju, u 23 il-Ħadd 1 ta’ Awwissu.

L-Open Challenge se timmarka r-ritorn fuq it-trakka tal-atleti li jispeċjalizzaw fuq distanzi itwal għal tellieqa ta’ 5000m. Numru ta’ atleti lokali kellhom prestazzjonijiet mill-aqwa fl-ewwel tlielaq fit-toroq li saru fl-aħħar jiem u b’hekk se jkun interessanti li wieħed jara jekk dawn il-prestazzjonijiet hux se jkunu replikati fuq it-trakka.

Fost l-atleti żgħażagħ, l-avvenimenti tal-aħħar ġimgħat taw diversi indikazzjonijiet tal-favoriti għal post fuq il-podju. Fost l-Under 16s, Matthew Galea Soler, Gabriel Petroni (La Salle) u Yan Vella ta’  Pembroke Athleta huma l-favoriti fl-siprint filwaqt li Julian Zarb (La Salle), Matthew Curmi (Savio) u Noah Portelli mill-Iskola Sekondarja tal-Mosta qed jimmiraw għal riżultati importanti fuq distanzi itwal.

Juliette Spina minn San Anton u Jade Borg u Kay Lee Testa ta’ Pembroke huma l-ismijiet l-aktar mistennija fil-kategorija tat-tfajliet.

Fost l-Under 14s, id-duo Thomas Grech u Lyon Falzon ta’ La Salle u t-twins Shoemake (Starmax) jibdew bħala favoriti għad-deheb fl-isprints. Mireya Bugeja, li ftit ġranet ilu rreġistrat l-aqwa prestazzjoni f’pajjiżna f’din il-kategorija fl-1,200 metru hija l-għażla naturali għal pretazzjoni oħra b’saħħitha.

Fost is-subien U12, l-atleti ta’ Pembroke Elai Borg u Jamie Azzopardi jibdew bħala favoriti fil-ġlieda għad-deheb filwaqt li jikkonfermaw is-supremazija tagħhom f’din il-kategorija. Thea Grech (La Salle) u Kristina Azzopardi (Pembroke Athleta) huma l-favoriti fost il-bniet.

Programm sħiħ tal-avvenimenti jidher hawn isfel. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni ssir it-Tnejn 3 ta’ Awwissu fis-6 ta’ filgħaxija fil-Matthew Micallef St John Atlethics Stadium.

Id-dħul se jkun bla ħlas. Il-MAAA tfakkar li l-aċċess għat-trakka tal-Marsa minn Triq Aldo Moro m’għadux possibbli. L-aċċess hu direzzjonat mill-Park and Ride ta’ Ħal Qormi, fid-direzzjoni tal-Marsa Sports Club. Hu suġġerit li l-parkeġġ isir fil-foss.

Ritratt: Wally Galea

Programm

Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2020

U16MU16BBoys’ 1500 Steeplechase16:30
ALLFSWWomens’ Hurdles16:40
ALLFSMMens’ Hurdles16:45
U14MU14BBoys’ Discus16:50
U14FU14GGirls’ Discus16:50
U16MU16BBoys’ Long Jump16:55
U12MU12BBoys’ Long Jump16:55
U16FU16GGirls’ 75 Hurdes17:00
U16MU16BBoys’ 80 Hurdles17:10
U12FU12GGirls’ 6017:20
U12MU12BBoys’ 6017:30
ALLMSMMen’s Hammer17:30
ALLFSWWomen’s Hammer17:30
U16FU16GGirls’ Long Jump17:40
U12FU12GGirls’ Long Jump17:40
ALLMSMMen’s 10017:45
U14MU14BBoys’ 10017:55
U14FU14GGirls’ 10018:05
ALLFSWWomen’s 10018:20
U16FU16GGirls’ Discus18:20
U16MU16BBoys’ Discus18:20
U16MU16BBoys’ 80018:30
ALLMSMMen’s 80018:40
U16FU16GGirls’ 800m18:50
U14MU14BBoys’ High Jump18:50
U14FU14GGirls’ High Jump18:50
ALLFSWWomen’s 80019:00
U16MU16BBoys’ Javelin19:00
U16FU16GGirls’ Javelin19:00
ALLMSMMen’s Javelin19:00
ALLFSWWomen’s Javelin19:00
ALLMSMMen’s Long Jump19:00
ALLFSWWomen’s Long Jump19:00
U16FU16GGirls’ 10019:05
U16MU16BBoys’ 10019:15
U14MU14BBoys’ 60019:30
U14FU14GGirls’ 60019:40
U14MU14BBoys’ Shot19:40
U14FU14GGirls’ Shot19:40
U16MU16BBoys’ 4×10020:00
U16FU16GGirls’ 4×10020:15
ALLMFSMWMixed 500020:25

Il-Ħadd 2 ta’ Awwissu 2020

U14FU14GGirls’  70 Hurdles16:30
U16MU16BBoys’ High Jump16:30
ALLMSMMens’ High Jump16:30
U12FU12GGirls’ Ball Throw16:30
U14MU14BBoys’  75 Hurdles16:40
U16FU16GGirls’ 20016:50
U16MU16BBoys’ 20017:00
ALLFSWWomens’ Discus Throw17:00
U12MU12BBoys’ Ball Throw17:00
ALLMSMMens’ Discus Throw17:00
U14MU14BBoys’  Long Jump17:00
U16MU16BBoys’ 150017:15
ALLMSMMens’ 150017:25
U14FU14GGirls’ 30017:35
U12FU12GGirls’ 30017:45
U14MU14BBoys’ 30017:55
U12MU12BBoys’ 30018:05
U16MU16BBoys’ Shot18:10
U16FU16GGirls’ Shot18:10
U16FU16GGirls’ High Jump18:10
ALLFSWWomens’ High Jump18:10
ALLFSWWomens’ 150018:15
U16FU16GGirls’ 150018:25
ALLMSMMen’s 20018:35
U14MU14BBoys’  Javelin18:40
U14FU14GGirls’ Javelin18:40
ALLFSWWomen’s 20018:45
U14MU14BBoys’  120018:55
U14FU14GGirls’  Long Jump19:00
SEN,U18,U20,U23MFSMWShot19:00
U16MU16BBoys’ 40019:05
U16FU16GGirls’ 40019:15
U14FU14GGirls’  120019:30
ALLMSMMens’ Triple Jump19:30
ALLFSWWomens’ Triple Jump19:30
ALLMSMMens’ 40019:40
ALLFSWWomens’ 40019:45
U14FU14GGirls’ 4×10019:55
U14MU14BBoys’ 4×10020:05
U16MU16BBoys’ 300020:20
U16FU16GGirls’ 300020:30
Ritratt: Wally Galea

Dan it-tagħrif twassal mill-Malta Amatuer Athletic Assosciation (MAAA).