“Ma titwemminx li avukat jirrekordja klijent” – Trump

Michael Cohen. REUTERS/Brendan McDermid/File Photo

Il-President tal-Amerka Donald Trump qal li hija “forsi anke illegali” biex avukat jirrekordja klijent, wara rapporti li l-avukat tiegħu Michael Cohen irrekordjah jiddiskuti fuq li jixtri d-drittijiet ta’ storja ta’ eks-mudella ta’ Playboy, Karen McDougal, li allegat li kellha relazzjoni sigrieta ma’ Trump.

“Ma titwemminx li l-Gvern jidħol ifittex f’uffiċċju t’avukat (kmieni filgħodu) – kważi inkonċepibbli”, kiteb Trump fuq Twitter, possibilment b’referenza għal meta l-FBI fittxew fl-uffiċċju ta’ Cohen f’April li għadda.

“Titwemmen inqas li avukat jirrekordja klijent – kompletament inkonċepibbli u forsi anke illegali. L-aħbar it-tajba hi li l-President favorit tagħkom m’għamel xejn ħazin!”, żied jgħid Trump.