​Ma tistax tidħol f’Disney Park jekk għandek selfie-stick fuqek

Il-kumpanija Disney mhu se tħalli lil ħadd jidħol f’wieħed mill-parks tagħha jekk ikollu selfie-stick fuqu.
Disney qalet li ħadet din id-deċiżjoni minħabba kwistjoni ta’ sigurtà.
Ftit ilu l-użu tas-selfie sticks kien ġie projbit fuq ir-rides ta’ Disney iżda issa persuna lanqas se tkun tista’ tidħol fil-park b’selfie-stick.
Intqal li dawn l-arbli jistgħu ikunu ta’ periklu.
Id-deċiżjoni se tidħol fis-seħħ mil-lum it-Tlieta fl-Istati Uniti u minn għada l-Erbgħa fil-parks ta’ Disney ta’ Franza u ta’ Hong Kong. Is-selfie-sticks jistgħu jitħallew fil-lockers tal-park.
Minbarra l-periklu li jintlaqat xi ħadd waqt li persuna tkun qed tieħu stessu, hemm ukoll il-biża’ li s-selfie-stick teħel ma’ xi apparat mekkaniku tar-rides u tagħmel ħsara.
Diversi postijiet oħra bħat-tournament tat-tennis ta’ Wimbledon u xi gallerija tal-arti diġà qed jipprojbixxu l-użu tas-selfie-sticks.