Ma tistax tbigħ aktar pistoli fuq Facebook u Instagram

Facebook u Instagram mhux se jħallu aktar reklami ta’ bejgħ personali ta’ pistoli fuq il-midja soċjali tagħhom.
Facebook diġà kien waqqaf il-bejgħ ta’ pistoli mingħajr kontrolli fuq l-identità ta’ min qed itella’ r-riklam, iżda issa r-regolamenti l-ġodda jgħidu li lanqas f’dawn il-każijiet, individwi ma jistgħu jagħmlu reklami ta’ armi.
Kumpaniji kummerċjali jistgħu ikomplu jbiegħu pistoli.
Din l-azzjoni waslet 3 ġimgħat wara li l-President tal-Istati Uniti Barack Obama nieda sensiela ta’ restrizzjonijiet ġodda dwar il-bejgħ ta’ armamenti.
Dawn kienu jinkludu fost l-oħrajn riċerka dwar min ibiegħ l-armamenti, filwaqt li għandha tinqasam informazzjoni bejn l-istati dwar persuni li ma jistgħux jixtru pistoli minħabba każijiet mentali jew ta’ vjolenza domestika.