Ma tistax issir għalliema għax qasira

Mara Ċiniża ma tistax tiggradwa bħala għalliema minħabba li hi qasira.

Ġurnali fiċ-Ċina rrappurtaw din l-aħbar bi prominenza hekk kif din il-mara ġiet imċaħħda miċ-ċertifikat għax twila inqas min 150 ċentimetru.

Fuq il-midja soċjali, ħafna ħarġu r-rabja tagħhom għal dan u ddeskrivew ir-regolamenti bħala diskriminatorji. Oħrajn irrimarkaw li dan juri kemm huma serji l-problemi fis-sistema edukattiva Ċiniża.