Ma tgħidlux li se jkollha tarbija minnu

Ritratt: RGV Photography

Illum u għada fis-1.05pm l-istazzjon Net se jkompli jxandar is-sensiela Ġideb u Mħabba, b’kitba ta’ Jesmond Grech, produzzjoni ta’ Hermann Bonaci u direzzjoni ta’ John Suda.

Fit-tieni episodju li se jixxandar illum is-Sibt, Marvic teħodha kontra Grace talli ma qalitx lil Caludio li se jkollha tarbija minnu. Dolor tkun trid issir taf għala bintha Grace sejra Għawdex. Grace tivvinta skuża b’xi “ħbieb” tagħha. Mark, detective li tkun qabbdet Nadia jibda jipprepara għall-hidma li hemm bżonn waqt li Claudio u Grace ikunu Għawdex. Fil-fatt Steve u Sandra jmorru jsegwuhom.

Fit-tielet episodju li jixxandar għada l-Ħadd, Claudio jkun nervuż meta jsir jaf bl-aħbar li kellha għalih Grace.

Grace ma kienetx xi persuna mdorrija tigdeb u qatt ma kellha kuntatti ma’ rġiel oħra. Għalhekk it-tarbija kienet żgur tiegħu. Claudio johrog b’soluzzjoni u Grace, f’dan il-waqt, taċċetta.

Fuq il-vapur ta’ Għawdex, Grace tiltaqa’ ma’ Paul, il-ħabib ta’ Marvic. Claudio jitkellem ma’ Frank.

Jieħdu sehem: Antonella Caruana, Estelle Gatt, Frida Cauchi, Hermann Bonaci, Ninette Micallef, Paul Debono, John Suda, Etienne St. John, Christabelle Curmi, Nadette de Carlo, Gabriel Micallef, Christine Bonaci, Jeffrey Scicluna, Josephine Mahoney, Veronica Farrugia u Carl Schembri.

(Ir-raba’ u l-ħames puntati jixxandru fil-ġimgħa ta’ wara)