“Ma tgħaddix ġurnata li ma nħossx in-nuqqas tiegħek” – iben Karl Chircop

Kien bħal-lum 12-il sena ilu li miet li miet l-eks Membru Parlamentari Laburista Karl Chircop. Huwa miet fi sptar f’Londra nhar it-12 ta’ Ottubru tal-2008. Huwa kellu 43 sena.

Fost dawk li fakkruh illum kien hemm it-tabib Jan Chircop, iben Karl li fil-messaġġ tiegħu qal li f’dawn l-aħħar 12-il sena ma għaddietx ġurnata li ma ħassx in-nuqqas tiegħu u li ma tgħaddix ġurnata li ma jixtieqx li jkun miegħu biex jiggwidah u biex jerġa’ jara dik it-tbissima tiegħu.

“Int teżor li se tibqa’ tibqa’ tgħix f’qalbna għal dejjem. Int kont speċjali għal ħafna,” temm jgħid il-messaġġ tiegħu.

12 years from your demise. Not a day passes that I do not miss you. That I long for your strong guiding hand. For your…

Posted by Jan Chircop on Sunday, October 11, 2020

Illum sellem ukoll il-memorja tiegħu l-Ministru Byron Camilleri li ddeskriva lil Karl Chircop bħala ispirazzjoni għal min bħalu hu fil-politika.

“Fuq in-naħa l-oħra jibqgħu jiftakruh bil-kbir kostitwenti u pazjenti tiegħu. Xi ħaġa li tgħid ħafna dwar il-kontribut pożittiv li ta t-tabib Karl Chircop lejn is-soċjetà,” kompla jikteb hu.

Għaddew tnax -il sena u jibqa’ ta’ ispirazzjoni għal min bħali hu fil-politika. Fuq in-naħa l-oħra jibqgħu jiftakruh…

Posted by Byron Camilleri on Sunday, October 11, 2020

Anke d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi llum sellem il-memorja ta’ Karl Chircop. Huwa ddeskrivieh bħala tabib eċċellenti, raġel serju, politiku onest u Laburist ġenwin. Azzopardi qasam mal-pubbliku storja ta’ rakkont tal-futbol wara li Chircop kien mar isegwi partita storika taċ-Champions League bejn il-Liverpool u Milan ġewwa Istanbul fl-2005.

Illum nixtieq insellem il-memorja ta' habib li ghadda ghall-hajja ahjar bhall-llum 12-il sena ilu. Insellem lil Karl…

Posted by Jason Azzopardi on Monday, October 12, 2020

Strieħ fis-sliem.