Ma talabx ħelsien mill-arrest għax m’għandux fejn joqgħod

Raġel li nqabad b’pussess tad-droga f’Paceville ma talabx għal ħelsien mill-arrest minħabba li m’għandux post fejn jgħix. Ir-raġel li għandu 29 sena u li hu mill-Eritreja, inqabad f’Paceville l-Ħadd li għadda b’pussess ta’ reżina tal-kannabis u kokaina. B’kollox kelli madwar 30kg.

Ir-raġel ġie akkużat bit-traffikar tad-droga peress li l-prosekuzzjoni qalet li l-ammont ta’ droga maqbuda fuqu ma setgħetx tkun għal użu personali. L-akkużat wieġeb li mhux ħati ta’ dan.

L-avukat tad-difiża ma saqsietx għal ħelsien mill-arrest għax qalet li l-akkużat ma kellux post fejn jgħix.