“Ma stajtx insib attur aħjar minn Jurgen” – Mario Philip

Awguri lill-attur Jurgen Ciantar li llum qed jiċċelebra għeluq l-24 sena tiegħu. Huwa twieled bħal-lum il-31 ta’ Awwissu tal-1996.

Jurgen, li dan l-aħħar rajnieh fir-repetizzjonijiet tas-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton li nħadmet fl-2011, mit-28 ta’ Settembru se nkunu qed narawh fis-sensiela L-Ispettur, addattament televiżiv tat-triloġija ta’ L-Ispettur Bonnici li kienet ittellgħet b’suċċess fit-Teatru Manoel.

Mario Philip Azzopardi, il-moħħ wara din il-produzzjoni ddeskriva lil Ciantar bħala artist mill-aqwa, bravissimu, professjonali u ta min jafda fih.

“Ħadt gost immens naħdem miegħu kemm fit-teleserje kif ukoll fit-tlett taqsimiet tat-triloġija tal-Ispettur Bonnici. Ma stajtx nsib attur aħjar minn Jurgen. Jien kont vera xxurtjat li tfaċċa meta tfaċċa. Naħseb L-Ispettur kienet l-ewwel dehra tieghu fil-Manoel,” kiteb Mario Philip waqt li qal li se jibqa’ jiftaħar li lill-Jurgen kien hu li sabu, allavolja b’ċikka

“Wara kollox irnexxa għax Jurgen huwa dak li hu, sinċier, b’talent qawwi, iħobb jgħin u bniedem li vera tieħu gost taħdem miegħu,” temm jgħid Mario Philip waqt li awgura lil Jurgen l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.

Jurgen ghandu parti principali fis serje SPETTUR, li ghandha tibda fit 28 ta' settembru fuq it-TVM. Artist mill-aqwa,…

Posted by Mario Azzopardi on Monday, August 31, 2020

Is-sensiela L-Ispettur se tixxandar nhar ta’ Tnejn mit-28 ta’ Settembru fuq TVM u hija maqsuma f’10 puntati.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Jurgen f’għeluq sninu.