“Ma setgħux jgħixu mingħajr xulxin”; mietu flimkien

Koppja anzjana fir-Renju Unit mietu ftit tal-jiem ‘il bogħod minn xulxin wara li kienu ilhom miżżewġa għal 46 sena “għax ma setgħux jgħixu mingħajr xulxin”.
Arnold Hardy, ta’ 89 sena ma kellux l-opportunità li jsellem lil martu, Amy ta’ 92 għall-aħħar darba qabel ma miet. Martu mietet 10 jiem biss wara.
Wara li għamlu 46 sena miżżewġin, il-koppja spiċċat tgħix f’żewġt djar għall-anzjani differenti.
Wara li Arnold miet, il-familja ta’ Amy ddeċidiet li ma tgħidiliex dwaru iżda hi ndunat li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu.
Amy spiċċat f’dar tal-anzjani wara li waqgħet f’Marzu, filwaqt li Arnold daħal fid-dar tal-anzjani wara li sar jaf li l-kanċer li kellu fil-kliewi kien infirixlu għal moħħu. Hu baqa’ sieket dwar dan biex ma jinkwetax lil familtu u lil Amy.
Wara li miet, Amy għamlet 10 ijiem tistennieh imur jaraha iżda dejjem intlaqgħet b’ferħa bla temma kull darba li jmur iżurha xi ħadd.