Aġġornata: Jinstab iż-żagħżugħ li ma rritornax id-dar wara li ħareġ għax-xogħol

Aġġornata 19:58
Brendan Cachia, li kien irrappurtat nieqes instab f'residenza. Huwa ttieħed il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jiġi interrogat minħabba suspett ta' misapproprijazzjoni.
Aktar kmieni
Il-pulizija bħalissa qed tfittex liż-żagħżugħ Brendan Cachia ta’ 27 sena mill-Birgu wara li lbieraħ ħareġ għax-xogħol iżda ma marx id-dar.
Brendan jaħdem bħala delivery man u għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar suppost kellu jqassam ħames xirjiet lill-klijenti.
Sal-erbgħa kien għadu ma għamel l-ebda xirja. 
Id-direttur tal-kumpanija kellem lil Brendan bit-telefon iżda wara ma setax jikkuntattjah għax il-mowbajl kien mitfi.
Sa dalgħodu Brendan Cachia baqa’ ma rritornax id-dar.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar Brendan Cachia jista’ jċempel lil pulizija fuq 21224001-7.