​”Ma rqadtx dal-lejl” – Montella

Wara t-telfa li Milan kellhom kontra Roma, il-kowċ Vincenzo Montella ftit seta’ jorqod dan il-lejl hekk kif qed jaħseb x’seta’ mar ħażin wara t-tieni telfa infila fil-kampjonat.
F’kumment illi ta fuq l-istazzjoni Taljan SkySport Italia, Montella kien sodisfatt bil-wirja tat-tim fejn issielet għal kull ballun għalkemm ma kienx ferħan bir-riżultat ta’ 2-0.
Montella tenna illi Roma kienu fortunati speċjalment fl-ewwel gowl li ġie skorjat minn Dzeko.
Meta mistoqsi fuq il-possibiltà li Ancelotti jsir kowċ tal-Milan minfloku, Montella kien skjett;
“Jekk l-eventwalità li jiġi Ancelotti qiegħda hemm, u l-klabb lest li jżommni, ma niddejjaq xejn illi nkun il-viċi kowċ ta’ bniedem kbir bħal Carletto,” temm jgħid il-kowċ Milanist.