B’messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, il-kantant Kevin Borg fakkar is-17-il anniversarju mill-mewt ta’ ommu Therese, jew kif kienu jsejħulha Terry.
Hija kienet mietet fl-età ta’ 45 sena.

“Ma, ma nistax nemmen li għaddew 17-il sena minn mindu mort il-ġenna. Għalijja dejjem qisu lbieraħ. Nimmissjak Ma” kien il-messaġġ li hu kiteb.

Għal Kevin dan il-jum hu ta’ dieqa għax ommu kienet mietet proprju ġurnata qabel għeluq sninha u għadaqstant dawn il-jumejn iħosshom iebsin wisq.
Kuraġġ Kevin!