Ma nqalax ġlied, minkejja dak li seħħ qabel

Kollox għadda b’wiċċ il-ġid wara li lbieraħ intemmet il-logħba futbol bejn il-Furjana u Red Star Belgrade, minkejja l-ġlied li nqala’ l-Erbgħa li għaddew.
Għadd ta’ residenti Buġibba leħħnu t-tħassib tagħhom wara ġlied li nqala’ bejn partitarji Serbi tar-Red Stars li ġew Malta biex jaraw il-logħba, u Serbi oħra jgħixu Malta partitarji tal-Partizan Belgrade, it-tim rivali etern tar-Red Stars.
Logħob bejn dawn iż-żewġ timijiet dejjem spiċċaw bil-ġlied min-naħa tal-hooligans.
Fil-fatt, hooligan magħruf ferm mal-Pulizija kien ilbieraħ waqt il-logħba fil-grawnd tal-Hibs.
Ivan Bogdanov, magħruf aktar bħala “Ivan the Terrible” u “The Beast of Genoa”.
Lanqas kienet l-ewwel darba wkoll li seħħ ġlied f’Malta bejn partitarji Serbi, u jidher li dawn jibqgħu għaddejjin taħt id-dawl tax-xemx.
Fir-ritratti mill-Facebook: partitarji Serbi li niżlu fit-triq l-Erbgħa li għaddew, u kitbiet li ħallew mal-ħitan