Ma nkisrux id-drittijiet ta’ ġurnalisti li kellu dokumenti ta’ Edward Snowden

Il-Qorti tal-Appell fir-Renju Unit iddeċidiet li l-awtoritajiet Brittanniċi wettqu xogħolhom sew meta waqqfu eksġurnalist ta’ The Guardian fl-ajruport ta’ Heathrow fl-2013.
David Miranda kien qed iġorr dokumenti li ngħatawlu mill-whistleblower Edward Snowden, li kien kixef kif il-Gvernijiet tal-Istati Uniti u r-Renju Unit kienu qed jispijjaw fuq iċ-ċittadini u Gvernijiet oħra madwar id-dinja.
Miranda kien qed isostni li meta twaqqaf fl-ajruport inkisrulu d-drittijiet fundamentali b’abbuż ta’ poter.
Il-Qorti iżda kkonkludiet li l-liġi preżenti ma toffrix il-protezzjoni lill-ġurnalisti kif kien qed isostni hu.
Fit-18 ta’ Awwissu tal-2013, David Miranda inżamm mill-Pulizija f’Heathrow għal aktar minn disa’ sigħat meta kien qed jivjaġġa mill-Ġermanja lejn il-Brażil.