“Ma nittolleraw l-ebda żbalji min-nies tagħna stess” – Fearne

Read in English.

Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-Partit Laburista m’għandu jittollera l-ebda żbalji min-nies tiegħu stess. Huwa qal dan f’diskors qabel dak tal-Prim Ministru f’attività tal-massa organizzata mill-Partit Laburista f’Bormla.

Fearne qal li din l-opportunità li ngħata l-Partit Laburista f’nofs leġislatura fejn għadu qed igawdi maġġoranza ma tintilifx u ma ssirux l-iżbalji li saru fil-passat.

Mingħajr ma semma lill-Prim Ministru Robert Abela, Fearne qal li għadu kburi li hu Laburista u qal li jrid jara li l-ekonmija titripla wara dak li seħħ dan l-aħħar fejn il-Gvern ikun lest li jaħdem man-negozjanti iżda mhux ikun qrib tagħhom.

Huwa qal li jrid jara ukoll li r-reputazzjoni barra l-pajjiż titranġa u stqarr li se jaħdem biex din l-opportunità ma tintilifx.

Huwa qal li jrid jara li l-valuri veri tal-Laburisti li twieldu 100 sena ilu f’dan l-istess post jibqgħu l-istess.