​“Ma nitfixklux bejn unjoni ċivili u s-sagrament taż-żwieġ” – il-Papa

Il-Papa Franġisku intervjena fil-kwistjoni tal-unjoni ċivili fejn saħaq li ħadd ma għandu jitfixkel l-unjoni ċivili mas-sagrament taż-żwieġ.
F’intervent fit-Tribunal tas-Santa Sede, il-Papa qal li għall-Knisja ma jistax ikun hemm konfużjoni bejn il-familja li ried Alla, u tipi oħra ta’ unjonijiet.
Fl-istess ħin, qal li l-Knisja żżomm quddiem għajnejha lil dawk kollha li ma jgħixux fil-familja li ried Alla, jew minħabba għażla personali tagħhom jew minħabba ċirkostanzi diffiċli fil-ħajja. Qal li dawn il-persuni wkoll jibqgħu oġġett tal-imħabba tal-Ħniena ta’ Kristu, u għalhekk anke tal-Knisja.
Intant il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi qal li dwar il-liġi tal-unjoni ċivili, fil-Parlament kulħadd irid jivvota skont il-kuxjenza tiegħu.