“Ma nistgħux nemmnu li qiegħda hawn” – Ken u Tamara

Ritratt: Facebook/TamaraWebb

Awguri lill-mudella u vlogger Tamara Webb li lbieraħ fil-11.25pm welldet tifla li hu u żewġha Ken semmew Pixie Rose.

“Ma nistgħux nemmnu li qiegħda hawn,” kitbet Tamara fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook hekk kif uriet ukoll l-ewwel ritratti tagħha u żewġha flimkien maċ-ċkejkna.

Welcome to the world 𝘗𝘐𝘟𝘐𝘌 𝘙𝘖𝘚𝘌 🌹 ⁣⁣⁣⁣Oh how we wished and waited for you Baby P 🧚‍♀️ Daddy & I are soaking in every…

Posted by Tamara Webb on Saturday, August 22, 2020

Tamara rringrazzjat lill-infermiera u l-qbiela tal-isptar Mater Dei għall-ħidma tagħhom waqt il-ħlas. Hija ddeskriviethom bħala “Queens ta’ Vera”.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Tamara u lil Ken għat-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom.