“Ma nistgħux naġixxu daqslikieku business as usual” – Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fid-dawl tas-sitwazzjoni politika li għaddejja minnha Malta.

Delia qal li bħalissa Malta għaddejja minn mument delikat ħafna u ħass li għandu jiddiskuti magħhom u jisma’ l-perspettiva tagħhom li tirrappreżenta firxa wiesa’ tas-setturi kollha tas-soċjetà f’Malta.

Spjega li din id-diskussjoni saret biex jiġi diskuss x’jista’ jsir f’dawn il-mumenti sabiex Malta terġa’ tikseb in-normalità. Żied li din is-sitwazzjoni mhix sitwazzjoni normali u wieħed ma jistax jaġixxi daqslikieku business as usual.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-Viċi Kap għal Affarijeit Parlamentari David Agius u mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli.