Ritratti: “Ma nistax nemmen li diġà għaddew ħames snin” – Evelyn

Adrian u Evelyn biċ-ċkejken Jamie ħames snin ilu, flimkien maż-żewġ nanniet, Joyce u Winnie

Jamie, it-tifel ta‘ Adrian Saliba u Evelyn Saliba La Rosa, illum qed jiċċelebra għeluq il-5 snin u minn kmieni dalgħodu omm iċ-ċkejken ħallietlu messaġġ fejn qalet li ma tistax temmen li diġà għaddew ħames snin minn mindu żammewh għall-ewwel darba. Jamie twieled bħal-lum, it-18 ta’ Lulju tal-2015.

“Int timla l-ġranet tagħna bl-imħabba u d-daħk,” waqt li rriferiet għall-fatt li huwa wkoll xi ftit imqareb.

“Kuljum nitlob lil Alla biex jgħinni nżomm idejk f’dan il-vjaġġ. Biex jgħini niggwidak u nurik it-tajjeb mill-ħażin,” żiedet tgħid hi.

Jamie diġà beda jirreċta u rajnieh f’xeni minn F’Ġieħ L-Imħabba. Iħobb ukoll isajjar u jħobb ħafna annimali u saħansitra aktar kmieni din is-sena sajjar ukoll il-kejkiet biex jiġbor il-flus biex jgħaddihom lil Noah’s Ark.

Nawguaraw l-isbaħ xewqat lil dan iċ-ċkejken.