“Ma nistax nemmen li diġà għaddew 4 snin” – Hollie

Ritratt: Facebook/HolleiRiseley

Awguri lil Hollie Cassar li llum flimkien ma’ żewġha Michael Riseley llum qed jiċċelebraw ir-4 anniversarju minn mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin.

Hollie, li konna naraw fil-kompetizzjoni L-Isfida, illum il-ġurnata għandha karriera bħala artista barra minn Malta u ħadet sehem f’bosta produzzjonijiet, bl-aktar waħda riċenti tkun On Your Feet! ta’ Gloria Estefan, li kien qed idur bosta teatri kbar fir-Renju Unit.

Fil-messaġġ tagħha lil żewġha hija kitbet li ma tistax temmen li diġà għaddew 4 snin minn mindu Michael aċċetta li jkun ir-raġel tagħha. Iddeskrivietu bħala raġel b’qalbu tajbu u mimlija mħabba.

“Hu kien dejjem hekk beix jimlini biilli kuraġġ u jżommli jdejja u żgur li ma stajtx nitlob għal persuna aħjar minnu ma’ min naqsam ħajti”, kompliet tikteb hi.

Ritratt: Facebook/HollyRiseley

Awguri lil Hollie u lil Michael f’dan il-jum speċjali.