“Ma nistax nemmen”; “Int tiddi daqs djamant”

L-ewwel rebbieħa ta’ X-Factor Malta, Michela Pace, irċeviet xmara ta’ kummenti sbieħ u ta’ tifħir fuq il-midja soċjali wara r-rebħa tagħha tal-bieraħ. Filwaqt li Pace sostniet li ma tistax temmen li rnexxiela tasal sa dan il-punt, bosta ddeskrivewha bħala persuna li “tiddi daqs djamant”.

Il-Membru Parlamentari Anton Refalo qal fuq Facebook kif Michela Pace għamlet lill-għexieren ta’ Għawdxin kburin bir-rebħa tagħha. Insista li minkejja li ngħixu f’pajjiż ċkejken, it-talent huwa kbir.

Michela Pace: The winner of X Factor Malta! You made us Gozitans proud 👏❤️We are looking forward to following you on a long, successful career ! Small island, huge talent!

Posted by Anton Refalo on Saturday, January 26, 2019

Intant is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Clint Camilleri, qal ukoll li Paca għandha futur brillanti jistenniha.

Michela Pace you made us #Gozitans proud! Bright future ahead!

Posted by Clint Camilleri on Saturday, January 26, 2019

Il-Partit Laburista wkoll awgura lil Pace tal-kisbiet tagħha fejn fi stqarrija semma kif l-aħħar ġimgħat kienu prova tat-talent li għandha Pace u żgħażagħ oħra Maltin, fosthom dawk li waslu sal-finali lbieraħ. Il-Partit Nazzjonalista sostna li ż-żgħażagħ parteċipanti f’din il-kompetizzjoni huma vetrina tat-talent li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Awgura wkoll kull suċċess lil Pace, fil-karriera mużikali tagħha.

Il-Ministeru għal Għawdex fi stqarrija feraħ lil Michela Pace u stieden lill-pubbliku sabiex illum jiltaqa’ magħha quddiem il-binja tal-Ministeru għal Għawdex fit-3.30pm.

X Factor: Tirbaħ Michela Pace

Intant, il-kantanta magħrufa Għawdxija Deborah C sostniet li Michela għandha vuċi partikolari u minn dejjem kienet temmen li kien ħaqqa tirbaħ din il-kompetizzjoni mużikali.

Min-naħa tagħha, Amber Bondin li hija wkoll kantanta magħrufa sostniet li Michela serqet il-qlub ta’ bosta persuni bil-vuċi impekkabbli tagħha. Insistiet li kienet rebħa ġusta u xtaqitilha vjaġġ mużikali mill-isbaħ.

With the girl who stole the hearts of many with her beautiful voice. You deserve this Michela Pace. This is just the…

Posted by Amber on Sunday, January 27, 2019

L-Assoċjazzjoni tal-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi Għawdxin bgħatet ukoll l-awgurji tagħha lill-kantanta.

Min-naħa tagħha, fuq Facebook, ir-rebbieħa Michela Pace, qalet li għadha ma tistax temmen li rnexxielha tasal sa hawn. Irringrazzjat lil Mint Media Limited u lill-PBS li pproduċew l-edizzjoni Maltija ta’ X-Factor u faħħrithom tax-xogħol li għamlu.

Wow! Someone pinch me please?! Thank you all so much for supporting me and for voting for me. A special round of thanks…

Posted by Michela on Sunday, January 27, 2019

L-erba’ finalisti fis-serata tal-bieraħ kienu Nicole Frendo, Michela Pace, Petra u Owen Leuellen, li lkoll qalgħu ħafna tifħir tul il-kompetizzjoni, u kisbu bosta ammiraturi. Huma ntgħażlu bħala finalisti fil-programm tal-Ħadd li għadda.