“Ma nimmaġinax ħajti mingħajrek”

Messaġġ ta’ awgurju liċ-ċkejken Liam mingħand Maronia u Lawrence Gray. Illum huwa jagħlaq 7 snin.

“Kuljum nirringrazzja lill-Mulej talli għandi lilek. Ma nimmaġinax ħajti mingħajrek” igħid parti mill-messaġġ li Maronia kitbet illum biex tawgura liċ-ċkejken f’għeluq sninu.

Hija kitbitlu wkoll biex jemmen dejjem fih innifsu u ma jħalli lil ħadd min jibdillu l-karattru tiegħu waqt li wegħditu li hija u missieru Lawrence se jkunu dejjem hemm biex jipproteġuh.

Ritratt: Facebook/MaroniaGray

Bħal kull ġenitur Maronia esprimiet kemm huma kburin bih u kemm iħobbuh waqt li ħeġġitu.

U n-nanna Josephine wkoll awguratlu!

Ritratt: Facebook/MaroniaGray

Awguri Liam. Mill-mod kif qed tikteb il-mamà ċerti li se nkunu qed nsiimgħu ħafna bik ‘il quddiem.