“Ma nħossnix ta’ 50 sena” – Moira

Kien bħal-lum 50 sena li twieldet il-kantanta Moira Stafrace li fl-ewwel kummenti tagħha qaltilna li ma tħossix ta’ 50 sena, għalkemm wara żiedet ukoll tistaqsi “kif suppost tħossok ta’ 50 sena?”.

Moira hi miżżewwġa lil Chris Scicluna u għandhom tifla, Michela.

Chris u Moira ma’ bithom Michela

Iltaqgħu fl-1993 u bdew idoqqu flimkien. F’dik l-istess sena kienu akkumapnjaw lil William Mangion bħala backing vocalists għall-kanzunetta This Time fil-Eurovision Song Contest.

Sena wara kien imiss proprju lilhom biex ikunu l-ambaxxaturi Maltin fil-Eurovision meta interpretaw il-kanzunetta More Than Love li kklassifikat fil-ħames pożizzjoni.

Fl-1999 Chris u Moira rritornaw fil-Eurovision meta l-kanzunetta tagħhom Believe In Peace rebħet il-Malta Song for Europe. Il-kanzunetta kienet interpretata minn Times Three, fejn waħda mit-tlett kantanti kienet Diane Stafrace, oħt Moira. Moira kienet ukoll backing vocalist meta l-kanzunetta marret għall-Eurovision.

Chris u Moira fil-jum tat-tieġ

Is-sena l-oħra għalqu 25 sena jkantaw flimkien bħala d-duo Chris & Moira. Qaltilna li qattgħu s-sena l-oħra jivvjaġġaw u jiktbu materjal ġdid “biex inkomplu fejn ħallejna”.

Ad multos annos.