“Ma ngħaqadtx ma’ PSG minħabba l-flus!” – Neymar

Tkompli s-saga Neymar fejn dan tal-aħħar afferma li huwa ma ngħaqadx ma' PSG minħabba l-flus iżda għax xtaq avventura ġdida fil-karriera tiegħu.
Huwa kompla li ma jixtieqx jiġi kkumparat ma' plejers oħra li ġew trasferiti għal somom ta' flus rekord fosthom Luis Figo, Gareth Bale u Cristiano Ronaldo.
Huwa afferma li jinsab ħerqan li ma' PSG jirbaħ l-unuri prinċipali kollha, bl-aktar waħda mixtieqa tkun bla dubju l-UEFA Champions League.
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.