“Ma nemminx li kont ta’ xkiel għall-Prim Ministru” – Coleiro Preca

Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca qalet li 'ma temminx li kienet ta’ xkiel għall-Prim Ministru għax kieku l-inizjattivi tagħha ma kienx iqishom validi u jimplimentahom'.
Waqt il-programm Reporter fuq l-istazzjon nazzjonali, Marie Louise Coleiro Preca qalet li għandha ‘relazzjoni franka mal-Prim Ministru’.
Madanakollu sostniet li kienet ixxukkjata li l-Prim Ministru offrielha l-Presidenza u daħlet f’din il-leġiżlatura b’missjoni xi twettaq.
Żiedet tgħid li l-Presidenza issa se tkun differenti għax se tkun tista’ tkompli l-ħidma tagħha b’risq policies marbutin mal-poplu kollu.