“Ma narax għaliex għandi nirriżenja” – Busuttil lil Delia

L-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li lill-Kap tal-PN Adrian Delia qallu li ma jara l-ebda raġuni għaliex għandu jirriżenja.

Fi stqarrija li ppubblika fuq il-mezzi soċjali, Busuttil qal li f’laqgħa li kellu miegħu f’nofsinhar, Delia talbu jirriżenja mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Fi kliem Busuttil, Delia ħa din id-deċiżjoni mingħajr ma qara r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant, li minnu ġew ippubblikati biss il-konklużjonijiet prinċipali.

Dr Busuttil qal li Delia qed jikkontradixxi lilu nnifsu bil-kbir, hekk kif irid ineħħiħ mill-partit u fl-istess ħin jistenna li jkompli jaħdem fuq l-inkjesti li għadhom għaddejjin dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.

[interaction id=”5b549947db31a0a38a26ac8d”]

 

Tenna li f’demokrazija hu d-dmir u l-obbligu tal-Oppożizzjoni li titkellem fuq allegazzjonijiet gravi, “aktar u aktar meta l-allegazzjonijiet jolqtu lill-Prim Ministru u l-aktar nies qrib tiegħu li kienu diġà nqabdu b’kumpanji sigrieti fil-Panama.

Simon Busuttil saħaq li hu kburi li qed jiġġieled għall-ġustizzja fuq dan kollu, anke jekk jibqa’ waħdu. Qal li Dr Delia għażel li jżomm ma’ Joseph Muscat minflok isaħħaħ lill-Partit Nazzjonalista fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Iddeskriva bħala assurda s-sitwazzjoni fejn il-Partit Laburista jifraħ lil Adrian Delia.

Temm jappella lil Delia biex ma jħallix lil Muscat jużah, u li lanqas m’għandu juża din is-sitwazzjoni biex jipprova jeħles minnu.

Dr Busuttil, who led the PN during the 2017 general election, came under pressure to quit the party after the conclusions of a magisterial inquiry into Panama company Egrant found that there was no evidence linking it to Prime Minister Joseph Muscat or his family.

Il-konklużjonijiet tal-Inkjesta Egrant wasslu għall-pressjoni biex jirriżenja Simon Busuttil, li mexxa l-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista s-sena li għaddiet. Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap Nazzjonalista talbuh jirriżenja jew jissospendi ruħu wara li l-Maġistrat Aaron Bugeja fir-rapport tiegħu qal li ma sab xejn li jorbot lil Michelle Muscat ma’ Egrant.