​“Ma nafx nisa ħielsa f’pajjiżi”

Fl-okkażjoni ta' Jum il-Mara, Newsbook.com.mt tkellem ma' għadd ta' nisa, li wħud għażlu li jibagħtu messaġġ għal dan il-jum. 
Il-messaġġ ta' Marlene Farrugia:
"Ma nafx nisa ħielsa f’pajjiżi.
Isibuha wisq diffiċli biex jirreżistu u jaffaċċjaw il-pressjoni soċjali, kulturali, ekonomika jew naturali tagħhom.
Meta ngħid jaffaċċjaw, infisser li jeħduha bi sfida, jiġġeldulha, jaqilbu l-ostakli kbar li baqa’ f’pajjiżna, iżda altru mhux f’pajjiżna biss, biex ikunu ‘hija’, u mhux prodott magħġun minn kif iriduk, jistennewk, jew iġiegħluk tkun.
Il-karta ta’ rikatt milgħuba hija l-ostrażizzazzjoni, li jirridikolawk, jemarġinawk, jekk inti ma taċċettax l-impożizzjoni ta’ normi inġusti fuq il-femminilità tiegħek.
Nifhem li jeżistu ċirkustanzi fejn ikun impossibbli għall-mara li tqum fuq saqajha u tgħix l-Indipendenza tagħha.

Però fil-maġġoranza tan-nisa li naf, il-priġunerija tal-‘hija’ fihom jagħżluha huma stess, u ma jiħdux pjaċir b’min ifakkarhom li l-ħelsien veru jista’ jinkiseb…"
Int taqbel li m'hawnx nisa ħielsa f'Malta?