“Ma nafx kif il-Eurostat ikkonkludiet li għolew il-kontijiet” – Scicluna

Fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna staqsa kif il-Eurostat waslet għall-konkluzjoni li f’Malta għolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, meta skontu, dan mhux il-każ.
Il-Ministru Scicluna ddefenda l-pożizzjoni tal-Gvern wara li l-istatistika maħruġa mill-Eurostat uriet żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’Malta.
Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet, il-Ministru qal li l-informazzjoni li l-Eurostat jingħataw mill-uffiċċju tal-istatistika uriet li l-informazzjoni jinġabar mingħand l-ARMS. 
Edward Scicluna qal li se jistaqsi dwar il-metodoloġija li qed tintuża’ mill-Eurostat għax il-konitjiet ma għolewx u jaħseb li ż-żieda ndikata mill-Eurostat qed tirrifletti t-total tal-ħlas lill-ARMS għax żdied il-konsum iżda mhux it-tariffi.