Ma’ min se jżommu l-Kattoliċi fil-Finali tat-Tazza tad-Dinja?

Flimkien ma’ 3 billjuni oħra madwar id-dinja, il-Kattoliċi se jaraw il-partita tal-Finali tat-Tazza tad-Dinja. Imma ma’ min minn dawn iż-żewġ pajjiżi se jżommu l-Kattoliċi?

L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kattoliċi (CNA) għamlet analiżi tal-għeruq Kattoliċi, tal-qaddisin, kif ukoll tal-Katidrali ta’ dawn iż-żewġ pajjiżi biex tasal għal tweġiba għal din il-mistoqsija.

Il-Kroazja hija msemmija fil-Bibbja, filwaqt li l-iskrittura sempliċiment tagħmel referenza pjuttost diretta għal Franza, magħrufa bħala l-ikbar tifla tal-Knisja. B’hekk, il-punt imur għall-Kroazja.

Madanakollu, filwaqt li l-art Kroata rat diversi qaddisin tul is-snin, ħafna minnhom m’humiex rikonoxxuti. Franza, minn naħa l’oħra, rat għadd ta’ qaddisin li ġew rikonoxxuti tul is-snin. B’hekk, CNA tagħti dan il-punt lill-Franza.

Charters huwa Katidral magħruf fi Franza, filwaqt li il-Katidral ta’ Marija Verġni Assunta fil-Krozja huwa meraviljuż, u jistħoqlu aktar rikonoxximent milli għandu. B’hekk, f’dan il-kas, iż-żewġ pajjiżi jieħdu l-istess ammont ta’ punti.

Il-Kroazja jirċievu punt kull wieħed għal dan. B’hekk il-mistoqsija tibqa’: Lil min se jissapportjaw il-Kristjani? Lil Kroazja? Jew lill-Franza?