Naomi Campbell toħroġ ma’ miljunarju ‘Malti’

Il-mudella Naomi Campbell qed toħroġ ma’ Malti Eġizzjan miljunarju.
Il-midja internazzjonali żvelat li l-mudella qed toħroġ ma’ Louis C. Camilleri li hu sid ta' kumpanija tat-tabakk,  li tiswa aktar minn €100 milljun.
Skont il-ġurnali Ingliżi, Campbell ilha toħroġ ma’ Camilleri għal xi xhur.
Sorsi qrib il-ġurnali żvelaw li l-mudella ta’ 47 sena kienet qed toħroġ u ssiefer bil-moħbi ma’ Camilleri li hu 15-il sena akbar minnha.
Ir-rapport qal li l-kopja ltaqgħet waqt tellieqa tal-Grand Prix tal-Formula One.
Camilleri, li twieled l-Eġittu minn ġenituri Maltin, hu missier ta’ tlett itfal u divorzjat.
Jidher li saret moda li irġiel Arab joħorġu ma’ ċelebritajiet femminili mill-Punent.
Riċentament id-dinja baqgħet sorpriża għall-aħbar li Rihanna qed toħroġa ma’ raġel mill-Arabja Sawdita filwaqt li r-rikkieb professjonali taż-żwiemel Eġizzjan Nayel Nasser qed joħroġ ma’ Jennifer Katharine Gates, it-tifla ta’ Bill Gates.