Ma’ min qed jitkellem Tristan?

Ħbieb u Għedewwa jkompli llum fl-3.45pm fuq l-istazzjon Melita More, Channel 215. Illum se naraw min hemm maġenb Tristan xħin iċempel lil John. X’se jkun qed jgħidlu wara li temm it-telefonata?

X’se tkun qed tagħmel Elizabeth fil-kamra tas-sodda ta’ ommha? Manwela terġa’ tmur lura x-xogħol. X’se jgħidilha Decelis u għaliex qed tħossha mrekkna?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.