Ma’ min iridu joħorġu l-aktar in-nisa?

Ma' min iridu joħorġu l-aktar in-nisa?
Skont il-Viċi President tal-app 'Badoo' Miles Norris, l-aktar persuna popolari li n-nies iridu joħorġu magħha m'hi ħadd ħlief Donald Trump.
L-app tad-dating 'Badoo' hi bħal kwalunkwe dating app li tlaqqa' n-nies flimkien, pero bid-differenza li din tlaqqak ma' nies li jixbħu ċ-ċelebritajiet.
'Badoo' hi simili ħafna ta' 'Tinder', imma minflok tħares lejn l-età u r-ritratti tal-individwu din tikkumpara n-nies skont kemm jixbħu l-artist jew persuna popolari li inti tkun fittixt biex toħroġ miegħu.
Norris qal li n-nies qed ifittxu l-aktar nies li jixbħu lil Kim Kardashian-West u Justin Bieber, filwaqt li l-maġġoranza qed jirrikorru għal irġiel li jixbħu lill-President Amerikan.