Ma’ liema regoli jridu jimxu tad-dwiefer?

LA Times

Minn nhar il-Ġimgħa li ġej se jitħallew jiftħu mill-ġdid il-ħwienet tad-dwiefer, u għalhekk, ġew ippubblikati regoli li n-nail technicians għandhom isegwu sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-pubbliku.

Ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci, ħabbar li minn nhar il-Ġimgħa li ġej se jiftħu mill-ġdid ir-ristoranti, tax-xagħar, tad-dwiefer u l-beauticians, jista’ jsir sport barra u taħriġ sa gruppi ta’ sitt persuni u jistgħu jintwerew films fil-miftuħ, fost l-oħrajn.

Il-Ministeru għas-Saħħa mbagħad ħareġ lista ta’ linji gwida li dawn il-ħwienet għandhom jimxu magħhom.

  • Fil-ħanut huma permessi persuna kull 10 metri kwadri, apparti l-impjegati
  • Għandu jitwaħħal il-perspex fiż-żona tar-reception (għoli żewġ metri mill-art)
  • Is-siġġijiet tal-klijenti għandhom ikunu tal-anqas żewġ metri ‘l bogħod minn xulxin
  • Iridu jitnaddfu wara kull klijent
  • Għandu jkun hemm perspex doppju bejn il-klijent u n-nail technician
  • Il-hand sanitisers għandhom ikunu disponibbli fil-ħanut
  • Il-klijenti jridu jilbsu maskra jew visor il-ħin kollu
  • L-impjegati jridu jilbsu maskra medika jew tad-drapp, inkella visor
  • Affarijiet mhux essenzjali bħal magazins għandhom jitneħħew
  • M’għandhomx jiġu provduti xarbiet lill-klijenti

Apparti dan, l-impjegati għandhom:

  • Jilbsu uniformi li tinbidel u tinħasel kuljum; ilbies li jintlibes fil-ħanut m’għandux jintlibes fid-dar
  • L-awtoritajiet jirrakkomandaw li jintlibes żarbun differenti fil-ħanut jew salon
  • Ix-xugamani għandhom jinżammu ġo cupboard jew kontenitur magħluq
  • L-awtoritajiet irrakkomandaw li n-nail technicians iżommu d-dwiefer tagħhom qosra u ma jużawx l-acrylics
  • Xagħarhom għandu jinżamm miġbur ukoll

Fil-każ tad-dwiefer tal-idejn:

  • Jaħslu jdejhom bejn klijent u ieħor
  • Jilbsu ingwanti li għandhom jinbidlu frekwentament
  • Jiddiżinfettaw il-brushes u l-kaxxa fejn iżommu dan l-apparat b’mod frekwenti
  • Għandha tintuża brush nadifa jew diżinfettata u ilma sħun biex jitnaddaf taħt id-dwiefer, li għandhom idumu jinħaslu għal 20 sekonda

Fil-każ tad-dwiefer tas-saqajn:

  • In-nail technicians m’għandhomx imissu s-saqajn sakemm dawn ikunu tpoġġew ġo kontenitur bl-ilma
  • Għandhom jintremew il-paper towels u s-slippers li jintużaw wara kull trattament
  • Il-klijenti għandhom ineħħu ż-żarbun, il-kalzetti jew tights meta jidħlu fil-ħanut u jpoġġuhom f’paper towel, jew jużaw slippers

Minħabba t-trab li jkun hemm waqt it-trattament tad-dwiefer, in-nail technicians għandhom iżommu l-paper towels disponibbli, u double acrylic screen li jisseparahom mill-klijenti. It-twieqi u l-bibien għandhom jinżammu miftuħin.

Aqra aktar hawn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn