​Ma konniex aggressivi biżżejjed – Di Francesco

Il-kowċ ta’ Roma Eusebio di Francesco jinsab diżappuntat wara t-telfa li sofrew it-tim tiegħu fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Napoli.
Hu kien qed jgħaddi l-kummenti fuq La Gazzetta dello Sport fejn sostna li t-tim ma kellux dik l-aggressivita’ meħtieġa kontra avversarju li kien verament determinat illi jikseb it-tliet punti.
Roma, li tilfu kontra l-aqwa tim tal-kampjonat s'issa bl-iskor ta’ 3-0, kellhom isofru d-dominanza ta’ Napoli illi għal ħafna drabi bdew jersqu b’ċertu faċilità lejn il-lasti avversarji.
Di Francesco waħħal parzjalment fil-fatt illi bħalissa għandhom ħafna plejers imweġġgħin u li dan l-fattur xejn ma għen.
Fil-fatt Manolas ingħaqad mal-imweġġgħin Schick u Karsdorp fil-lista ta’ plejers illi bħalissa ma jistgħux jilagħbu mat-tim mill-kapitali.