Ma kinitx polza pożittiva – Fowler

Meta kien qed jikteb fuq il-gazzetta Ingliża TheDailyMirror, l-eksattakkant ta’ Liverpool, Robbie Fowler qal illi l-grupp tat-Tazza tad-Dinja li jinsabu fih l-Ingliż huwa wieħed mill-agħar illi qatt kellhom f’dawn l-aħħar snin.
Huwa laqqam lil Diego Armando Maradona li tella’ l-polza bħala saħħar falz u li xejn m’għoġbitu d-daħka ironika li għamel waqt li mill-urnatella lill-Ingliżi.
Bla dubju illi dak li ġara fl-1986 għadu fuq fomm kulħadd meta l-“id t’Alla”qalgħet lill-Ingliżi minn dik it-Tazza tad-Dinja u l-figura ta’ Maradona diffiċli tintesa’ mis-segwaċi Ingliżi.
Sadanittant The Three Lions telgħu biex jilagħbu mat-Tuneżija, Panama u l-Belġju, b’Robbie Fowler illi sostna illi meta l-Ingliżi jkollhom logħbiet li fuq il-karta jkunu faċli iktar jiddiżappuntaw.
“Kieku tlajna fi grupp b’aktar timijiet b’saħħithom naħseb li konna nikkargaw iktar għal din it-Tazza tad-Dinja. Nittamaw li din tkun is-sena tagħna ħalli mmorru aħjar mis-sena 2014,” temm jgħid Fowler.