Ma ridux fuq tal-linja avolja kien hemm post

Xufier tal-linja kien se jispiċċa fl-idejn ma' raġel ta' karnaġġjon skur, wara li ma riedx itellgħu fuq il-karozza tal-linja.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li dan il-każ seħħ illum fuq il-karozza tal-linja Numru 94 li mill-Belt telqet lejn ix-Xgħajra ta’ Ħaż Żabbar fil-5.20pm.
Jidher li x-xufier irrifjuta li jtella’ lir-raġel minkejja li kien għad fadal anka postijiet bilqiegħda.
Il-passiġġier ma riedx jaċċetta jibqa' l-art u dak il-ħin, ix-xufier qam minn postu, żammlu idu u kienu se jiġu fl-idejn.
Kien hawnhekk li r-raġel sab post bilqiegħda fuq il-karozza tal-linja, fejn ix-xufier beda jgħidlu li mhux se jsuq qabel ma jinżel.
Billi r-raġel baqa’ bilqiegħda għal ħin twil, ix-xufier kellu jsuq xorta u allegatament qallu li se jpattihielu billi ma jwaqqaflux fuq l-istejġ li jrid.
Madankollu malli ried jinżel, kien hemm xi passiġġieri oħra li kellhom jieqfu fl-istess stejġ u allura x-xufier kellu jwaqqaf biex ir-raġel niżel magħhom.