Filmat: Ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda

Newsbook Q&A tkellem ma’ Patri Karm Aquilina

Read in English.

Nimmaġina li bħalissa inti qiegħed għall-irdoss quddiem il-kompjuter jew bil-mobile f’idek, tara Newsbook. Forsi b’xi kikkra te jew kafè u xi biskuttin? Riħa ta’ ikel ġejja mill-kċina? Kollha affarijiet sbieħ. Iżda hemm min minn dan kollu m’għandu xejn, lanqas saqaf fuq rasu. Tista’, b’kuxjenza safja tgħid li din mhix problema tiegħek?    

Newsbook Q&A tkellem ma’ Patri Karm Aquilina li jieħu ħsieb lil dawk li, minħabba ċ-ċirkostanzi tal-ħajja, isibu lilhom infushom jgħixu fit-triq.

Newsbook Q&A fuq www.newsbook.com.mt nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru fis-6pm – għinna biex dan il-Milied forsi tassew ikun differenti.

Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja ‘Ma Kienx Hemm Post Għalihom fil-Lukanda’ ta’ Newsbook.com.mt