Ma jridux lil Salvini f’Mallorca

Matteo Salvini ma ġiex milqugħ f’Mallorca minħabba l-agressjoni li juri lejn il-minoritajiet bħalma huma l-kommunità Rumana u l-immigranti.

Il-mozzjoni biex il-Ministru Taljan għall-Intern ma jkunx milqugħ f’Mallorca kienet suġġerita mill-Partit Podemos.

Persuna li tkellmet f’isem l-istess partit qalet li l-atitudni ta’ Salvini ddaħħal xenofobija u tinjora l-ħajja umana kif ukoll id-dinjità.

Salvini magħruf għal bidliet drastiċi fil-liġijiet, kif ukoll għall-imblokki tal-migranti li jaslu fil-portijiet Taljani.