Ma jridux li tieqaf il-kaċċa tal-annimali għall-ibbalzmar

Il-Membri Parlamentari Ewropej ilbieraħ oġġezzjonaw għall-proposta tal-Unjoni Ewropea, li titwaqqaf il-kaċċa tal-annimali biex jiġu bbalzmati u jinbiegħu.
Madanakollu esprimew l-appoġġ tagħhom għall-proposta, li jkun hemm linji gwida internazzjonali dwar is-sengħa u l-post fejn jinżammu l-annimali bbalzmati.
L-MEPs qablu wkoll li jkun hemm aktar kontroll fil-kaċċa għall-ibbalzmar, b’mod li tkun aktar sostenibbli u legali. Kien hemm qbil ukoll li l-ibbalzmar tal-annimali jista’ jkun għodda importanti għall-konservazzjoni hekk kif il-profitti mill-bejgħ imorru għal dan il-għan.
Il-vot finali se jittieħed fil-Plenarja f’Settembru li ġej.