Ma jridux il-velu Musulman u lingwa barranija fil-moskej

Fil-Ġermanja u fi Franza, ftit sigħat biss bogħod minn xulxin, saru appelli li jolqtu l-ħajja tal-Musulmani fil-pajjiż rispettiv.
Il-politiku anzjan Andreas Scheuer appella biex il-moskej fil-Ġermanja jkunu obbligati jużaw il-lingwa Ġermaniża waqt li saħaq li l-finanzjament mit-Turkija u mill-Arabja Sawdija għandu jieqaf.
Insista li l-Iżlam politiku qed jipperikola l-integrazzjoni.
Fl-istess ħin, il-Prim Ministru Franċiż Manuel Valls appella biex il-velu Musulman ma jibqax ikun permess fl-universitajiet hekk kif saħaq li, skont il-Franċiżi, l-Iżlam mhux kompatibbli mal-valuri tal-pajjiż.
Mill-ewwel qamu r-reazzjonijiet f’pajjiżu, inkluż minn Ministri tal-gvern tiegħu stess li nsistew li ladarba l-velu Musulman mhux kontra l-liġi, m’għandux jiġi pprojbit mill-universitajiet.