Ma jmorrux għal €23,000

Tliet rebbieħa ta’ lotteriji tal-Maltco għadhom ma ġabrux il-premju tagħhom, li b’kollox jammonta għal €22,837.
Tnejn minnhom huma żewġ biljetti tas-Super 5 li telgħu fit-22 ta’ Frar, u li jammontaw għal €6,418 kull wieħed.  Dawn il-biljetti nxtraw mill-Imsida u mill-Imqabba.  Dawn jistgħu jinġabru sal-24 ta’ April.
It-tielet biljett huwa tal-Quick Keno li nxtara mill-Imsida u ttella’ fit-2 ta’ Marzu. Ir-rigal jista’ jinġabar sat-2 ta’ Mejju.
Ir-rebbieħa huma mħeġġa jżuru l-uffiċini ewlenin tal-Maltco fl-Iklin malajr kemm jista jkun qabel jiskadi l-biljett: 60 jum wara d-data tat-tlugħ.
Jekk jgħaddi ż-żmien stipulat bil-liġi, il-flus jiġu trasferiti fil-Fond għall-Kawżi Ġusti, li jgħin diversi individwi, aġenziji u organizzazzjonijiet b’għanijiet soċjali, kulturali, edukattivi, sportivi, filantropiċi u reliġjużi.